Azzjoni Nazzjonali temmen li socjetà ma tistax issib il-paci fi hdanha jekk ma taghrafx li hemm distinzjoni cara bejn it-tajjeb u l-hazin. Il-valuri sodi, ir-rispett, u d-dixxiplina ghandhom jergghu jiffurmaw il-bazi tas-socjetà Maltija.
L-atteggjament anti-socjali bhall-vandalizmu, il-korruzzjoni, u mgiba ta’ theddid m’hemmx posthom. Ic-cittadin ma jistax jibza’ mill-kriminali, imma l-kriminali ghandu ghaliex jibza’ mic-cittadin.
Ghalhekk Azzjoni Nazzjonali tipproponi li:
Il-Korp tal-Pulizija ghandu jkun immotivat u rrispettat, u jinghata r-rizorsi necessarji biex jaqdi d-dmirijiet tieghu bla tfixkil. Jekk saru ingustizzji fil- Korp, dawn iridu jigu irmedjati. Il-Kummissarju tal-Pulizija ghandu jkun tassew responsabbli ghat-tmexxija tal-Korp u jwiegeb ghal ghemilu.
Il-gustizzja ghandha tkun pronta, gusta mal-vittma, ta’ deterrent ghall-malintenzjonat, u tidher li qieghda ssehh.
L-omicidju ppremeditat u t-traffikar tal-bnedmin u tad-droga ghandhom jinghataw sentenzi ta’ ghomor il-habs minghajr l-possibbiltà ta’ amnestiji. Fil-kaz tat-traffikanti tal-bnedmin u tad-droga, l-assi personali kollha li lprovenjenza taghhom tkun dubbjuza, jigu kkonfiskati.
L-iskwadra kontra d-droga tal-Pulizija tissahhah u jkollha poter li twaqqaf u tfittex kwalunkwe bastiment jew bicca tal-bahar fl-ibhra ta' pajjizna. Zoni fejn bcejjec tal-bahar isibuha facli biex jisbarkaw nies jew merca, jkunu sorveljati lejl u nhar.
Kriminalità ta’ natura anqas gravi, bhall-vandalizmu u t-thammig ta’ l-ambjent, ghandha tissarraf f’multi sostanzjali u anki twassal ghal sentenzi ta’ servizz komunitarju, li jinkludi t-tindif u t-tiswija tal-hsara li tkun saret. Il-principju ‘Min ihammeg ihallas’ ikun infurzat.
L-pubbliku ghandu d-dritt sagrosant li jipprotegi lil uliedu. Ghalhekk jinzamm registru bl-ismijiet, bin-numri tal-karta ta’ l-identità, u l-indirizz attwali ta’ pedofili, stupraturi, pimps, u kull bniedem li jkun ikkommetta xi reat ta’ natura sesswali b’mod recediv. Jekk dan ir-registru ghandux isir pubbliku jiddeciedi c-cittadin. Il-prostituzzjoni trid tigi kkontrollata b’kull mod.
Il-habsijiet iqumu flejjes kbar biex tamministrahom. Ghalhekk, prigunieri ghandhom jaghmlu tajjeb ghal din in-nefqa billi jmiddu idejhom ghal xoghol li jkun ta’ siwi ghall-komunità u li minnu jikkompensa b'mod dirett lill-vitma/vittmi. Hekk biss jista’ process ikun tassew korrettiv.
Il-Pulizija jrid ikollhom profil aktar vizibbli fit-toroq taghna. Kemm jista’ jkun, xoghol amministrattiv ghandhom jaghmluh persuni civili biex il- Pulizija tiffoka kompletament fuq il-glieda kontra l-kriminalità. Ir-ronda
trid terga’ tigi ntrodotta u l-ghases ghandhom ikunu miftuhin erbgha u ghoxrin siegha kull jum.
Il-gwerra kontra l-kriminalitá tibda fil-familja u tkompli fil-klassijiet ta’ wliedna. Ahna naghmlu minn kollox biex tirritorna d-dixxiplina filklassijiet ta’ l-iskejjel. Fejn l-edukazzjoni primarja u sekondarja tfalli, dan is-sens ta’ dixxiplina u responsabbiltà individwali jrid jigi msahhah b’servizz civiku fuq il-mudell Svizzeru, biex nassiguraw li, kemm jista’ jkun, hadd ma jithalla jiehu postu fis-socjetà minghajr dik il-formazzjoni xierqa, u minghajr l-ghodda necessarja, biex uliedna jaffrontaw l-isfidi tal-hajja fuq saqajhom it-tnejn.
Jigu stabbiliti gewwa l-Qrati, regoli cari ta’ meta dawn ghandhom jew m’ghandhomx ixandru isem il-hati jew hatja.
L-liberta ta' l-espressjoni hija fundamentali ghad-demokrazija u dan d-dritt jigi protegut u imsahhah. Jigi introdott s-sistema Amerikana fejn jekk individwu ihossu ingurjat irid jipprova hu li l-akkuzat mhux qed jghid il-verita u mhux l-akkuzat irid jipprova li hu innocenti. Biex dan id-dritt ta' l-espressjoni jigi protegut anki mill-abbuzi ta' l-istat, akkuzat ikollu d-dritt li kwalunkwe appell jinstema minn cittadini ohra bhalu permezz ta' guri.
Il-gustizzja hija bbazata fuq il-principju li l-innocenti m'ghandu qatt ipatti ghall-haddiehor u dan il-principju jigi applikat f'kull qasam tal-hajja. L-irresponsabbli u l-kriminal irid igorr il-konsekwenzi ta' ghemilu u mhux jghaddihom lill haddiehor. Socjeta fejn kullhadd jippretentendi li irid kollox bid-dritt izda ma jrid igorr l-ebda obligi hija socjeta b'ghomora qasira.
Sigurtà tat-Territorju Malti
L-ewwel obbligu ta’ kull stat hu li jiddefendi l-hajja u l-libertà tac-cittadin kif ukoll lindependenza tat-territorju tieghu.
Ir-rwol tad-difiza minn kwalunkwe theddida esterna jkun fdat lill-Forzi Armati ta’ Malta.
Biex il-Forzi Armati ta’ Malta jkunu jistghu jaqdu dmirhom b’mod efficjenti, jehtiegu tahrig u apparat mill-aktar modern biex ikunu jistghu jissorveljaw xtutna mill-kriminali li jittraffikaw in-nies u minn kwalunkwe theddida ostili.
Jittiehdu mizuri immedjati biex nghollu l-moral tas-suldati taghna u jigu investigati l-hafna allegati ingustizzji u ssir gustizzja ma’ min haqqu.
Il-Forzi Armati ta’ Malta ghandhom ikunu maghmula primarjament minn qalba ta’ suldati professjonali kif ukoll minn riservi komposti mic-cittadini.














Comments